Filmat ġdid juri attivist ta' Delia jimbutta lin-nies waqt Xarabank wara li telgħu għalih

Filmat li qed jitqassam minn attivisti Laburisti juri illi John Schembri, missier Silvio Schembri, ma kienx f'nofs il-ġlieda li qamet waqt Xarabank...juri membru tas-sigurtà tal-PN jarmi grupp żgħir ta' nies l-isfel

In-nies imbuttati jaqgħu (xellug) u John Schembri (Lemin fiċ-ċirku)
In-nies imbuttati jaqgħu (xellug) u John Schembri (Lemin fiċ-ċirku)

Filmat ġdid li qed jiddawwar minn diversi attivisti Laburisti kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, juri illi John Schembri, dak il-ħin tal-argument ma kienx f'nofs il-battibekk li nqala'. Kienet il-midja tal-PN li qalet illi Schembri kien il-kawża tal-ġlied li nqala' waqt il-programm Xarabank.

                                                Ara x'qal is-Segretarju Ġenerali tal-PN dwar l-inċident u l-involviment ta' Schembri

 Fil-filmat il-ġdid huwa, fil-fatt, attivist qrib ħafna ta' Delia li jidher jimbutta numru ta' nies l'isfel qabel imbagħad waqgħu fuq is-siġġijiet. Dan ġara iżda wara li numru ta' attivisti Laburisti telgħu t-taraġ, probabilment biex jagħmlu għalih.

Ara x'ġara waqt Xarabank ilbieraħ il-Ġimgħa, hawnhekk

More in Politika