Filmati | L-udjenza ta' Xarabank tiġi f-idejn...in-Nazzjonalisti u l-Labour iwaħħlu f'xulxin

L-udjenza ta' Xarabank tintilef f'dagħdigħa ta' tgħajjir...il-midja tal-PN u tal-PL b'rappurtaġġ kunflinġenti

Kull min kien qed jara Xarabank ilbieraħ innota li f'ħin minnhom instema' għajjat kbir u isteriku mill-udjenza. 

Illum qed idur filmat fuq il-midja soċjali u anke siti tal-aħbarijiet li juru l-mument tal-ġlied bejn in-nies li kienu fl-udjenza hekk kif il-programm kien qed jiddiskuti l-PN u l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Adrian Delia.

Il-midja tal-Partit Nazzjonalista qed tirrapporta illi l-ġlied bdieh is-Sindku ta' Ħal Luqa; John Schembri, missier is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri. Min-naħa l-oħra l-midja tal-Partit Laburista qed tippunta subgħajha lejn l-attivisti Nazzjonalisti li f'ħin minnhom fil-filmat jidher is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli jipprova jikkalmahom. 

More in Politika