30 ħaddiem jispiċċaw bla xogħol - Tagħlaq il-fabbrika Astracast

Il-ħaddiema ilhom ma jitħallsu minn nofs Diċembru...il-GWU b'taħdidiet biex il-ħaddiema jsibu impjieg alternattiv

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja jindirizza lill-ħaddiema  | Ritratt inewsmalta.com
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja jindirizza lill-ħaddiema | Ritratt inewsmalta.com

30 ħaddiem se jispiċċa bla xogħol hekk kif il-fabbrika Astracast se tkun qed tagħlaq il-bibien. 

Il-General Workers’ Union (GWU) permezz tat-taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni bdiet b’taħditiet mal-awtoritajiet konċernati, biex mhux biss jinstab impjieg alternattiv imma wkoll li jitħallsu l-benefiċċji kollha dovuti lilhom skont il-ftehim kollettv.

Il-ħaddiema qalu li kienu ilhom ma jitħallsu minn nofs Diċembru. 

More in Politika