Sentenza sospiża għal Taljan li hedded u weġġa' Spettur u Surġent tal-Pulizija

Ir-raġel ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u mmultat €1000

Illum tressaq il-Qorti raġel Taljan ta' 39 sena akkużat li hedded u weġġa'  Spettur u Surġent tal-Pulizija.

Il-każ immur lura għall-15 ta’ Jannar 2019 meta ġewwa l-Għassa tal-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-imputat hedded u weġġa'  Spettur u Surġent tal-Pulizija.

L-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu fi stadju bikri.

Huwa ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u multa ta’ €1000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.

More in Politika