Tusk jissuġġerixxi li r-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea

Tusk jisħaq li jekk il-ftehim huwa impossibbli u la ħadd ma jrid Brexit bla ftehim allura s-soluzzjoni hija waħda

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Trusk issuġġerixxa li l-wara l-vot tal-bieraħ fil-Parlament Ingliż kontra l-ftehim għal Brexit, ir-Renju Unit għandu jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.

“Jekk il-ftehim huwa impossibbli, u ħadd ma jrid Brexit bla ftehim, allura minn se jkollu l-kuraġġ li jgħid x’inhi l-unika soluzzjoni?” staqsa fuq Twitter.

Ilbieraħ, 432 Deputat ivvotaw kontra l-ftehim filwaqt li kienu biss 202 Deputati li vvutaw favur il-ftehim innegozjat mill-Prim Ministru Theresa May tul dawn l-aħħar sentejn.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, wissa li ż-żmien kważi għadda biex ir-Renju Unit jaqbel fuq ftehim.

Ħeġġeġ lill-Parlament Ingliż biex jikkjarifika l-intenzjonijiet tiegħu mill-aktar fis.

Illejla, May u l-Gvern tagħha se jkunu qed jiffaċċjaw vot ta’ sfiduċja fil-Parlament Ingliż.

More in Politika