Ftit inqas minn nofs miljun passiġġier jaqsmu lejn Għawdex f'Ottubru biss

Immarkata żieda ta' 5.4% fin-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex fl-aħħar kwart tas-sena 2018

Numru kbir ta' nies rħewlha lejn Għawdex...
Numru kbir ta' nies rħewlha lejn Għawdex...

Total ta' 1.3 miljun passiġġier ivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex matul ir-raba' u l-aħħar kwart tas-sena l-oħra. Dan għalhekk immarka żieda ta' 5.4% meta mqabbell mal-istess perjodu s-sena ta' qabel. 

L-akbar numru ta' passiġġieri kien f'Ottubru meta vvjaġġaw kważi nofs miljun bejn iż-żewġ gżejjer, preċiżament 494,964 jew 37.5% tat-total ta' dan il-perjodu. 

In-numru ta' karozzi żdied b'9% għal total ta' 398,596. In-numru ta' vjaġġi ammontaw għal 5,830 jew żieda ta' 7% meta kkumparat mal-istess perjodu s-sena l-oħra. 

 

 

More in Politika