L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-bini ta' pont fi Triq l-Avjazzjoni

Dan bil-għan li dawk li jkunu jridu jaqsmu t-triq jagħmlu dan b'aktar sigurtà u ma jkunx hemm bżonn li joqgħod jieqaf it-traffiku

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ pont li għandu jinbena fi Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa biex jintuża minn dawk li jkunu jixtiequ jaqsmu t-triq.

Il-pont, li se jkun twil 11 il-metru mistenni jipprovdi ambjent aktar sigur għal ħafna persuni li jagħmlu użu minn din it-triq, partikolarment dawk li jkunu sejrin l-Ajruport u anke għall-istudenti tal-ITS.

Fi stqarrija, l-Awtorita spjegat kif permezz ta’ dan il-pont se jkunu jistgħu jitneħħew it-traffic lights fit-triq u għalhekk it-traffiku ma jkollux għalfejn joqgħod jieqaf.

Il-pont se jkun qed jinbena b’tali mod li jkun jista’ jintuża wkoll miċ-ċiklisti.

More in Politika