Iċ-Chadwick Lakes se jerġgħu jingħataw il-ħajja

It-telqa u l-abbandun taċ-Chadwick Lakes mistennja jinbiddlu f'żona ekoloġika mill-isbaħ b'esperjenza edukattiva għall-viżitaturi

Wied il-Qlejgħa, jew kif inhu magħruf bħala ċ-Chadwick Lakes se jiġu rrestawrati wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għal pjan ta’ rijabilitazzjoni u xogħol ta’ restawr.

Fost oħrajn, ix-xogħol ta’ rijabilitazzjoni se jinkludi t-tqegħid tal-kapaċità tal-istorage tad-digi u anke t-tneħħija ta’ ġebel li akkumula tul iż-żmien bil-għan li tkun irrestawrata l-ekoloġija tal-wied.

Il-parti tan-naħa ta’ fuq taċ-Chadwick Lakes se jiġi rijabilitat f’żona edukattiva li se tkun tinkludi installazzjoni ta’ pannelli tal-informazzjoni.

Apparti dan kollu se jkun hemm trejqa għat-trekking tul il-wied bil-għan li din tipprovdi lill-viżitaturi esperjenza edukattiva u jifhmu aħjar fuq l-irwol tal-widien f’Malta.

Qabel l-approvazzjoni saru studji ambjentali li ġewi ppreparati minn konsulenti tal-ambjent.

More in Politika