Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-PD joħroġ reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-Panama Papers...il-PN għadu le

'M'hemm l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà mingħajr investigazzjoni fejn toħroġ il-verità kollha fil-pubbliku...' 

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Jannar 2019 11:15
Wara d-deċiżjoni tal-Imħallef Giovanni Grixti dwar l-appell kontra investigazzjoni fil-Panama Papers, id-Deputat Kap tal-Partit Demokratiku Timothy Alden ikkundanna dak li sejjaħ bħala uffiċċjali taħt suspett ta' korruzzjoni li skontu, "qed jagħmlu tabirruħhom li ġew eżonerati għax irnexxielhom jimblukkaw investigazzjoni indipendenti milli sseħħ. M'hemm l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà mingħajr investigazzjoni fejn toħroġ il-verità kollha fil-pubbliku," sostna Alden. 

Ineterssanti kif minkejja li il-Partit Demokratiku issa ħareġ reazzjoni dwar din id-deċiżjoni ;li kienet timpatta lill-eks Kap tal-Partit Nazjonaliosta Simon Busuttil bħala rikorrent u allura l-persuna li talbet illi ssir investigazzjoni dwar il-Panama Papers u allura żewġ kumpaniji li kienu fetħu Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-Panama. Deli għadda biss kumment mal-gazzetta oħt Maltatoday meta qal li l-PN se jirrispetta d-deċiżjoni tal-Imħallef.

Alden kompla staqsa lil Konrad Mizzi, lil Keith Schembri u l-oħrajn kollha li appellaw kontra investigazzjoni "biex b’mod volontarju jsejħu investigazzjoni kompletament ħielsa. Jekk le, mhu se jingħalaq qatt dan il-kapitlu.”

Il-kandidat għall-elezzjoni tal-MEPs Anthony Buttigieg stqarr li l-mod li bih tmexxa dan l-appell kontra investigazzjoni "jimplika li hemm xi ħaġa x’taħbi. Mod jew ieħor, il-verità trid tinstab minkejja uffiċjali lesti jużaw kull lakuna biex jabbużaw mill-ispirtu tal-liġijiet tagħna, u potenzjalment jaħarbu mill-ġustizzja."

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook