Jintlaħaq qbil fil-kwistjoni tal-immigranti... Malta se tieħu 74 persuna

L-immigranti kollha salvati f'dawn l-aħħar jiem se jkunu qegħdin jitqassmu bejn tmien pajjiżi tal-UE

L-immigranti f'nofs kwistjoni diplomatika li ddominat l-aħbarijiet din il-ġimgħa mistennija jitqassmu bejn tmien pajjiżi Ewropej.

Dalgħodu waqt konferenza stampa fil-Berġa ta' Kastilja , il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li, l-Ġermanja, Franza, l-Portugal, l-Irlanda, Ir-Rumanija, l-Lussemburgu, l-Olanda u l-Italja kollha qablu sabiex jaċċettaw numru ta’ immigranti.

Żied jgħid li minn n-numru kollha ta' immigranti li ġew salvati, fosthom 249 immigrant li ġew salvati mill-forzi tal-ordni Maltin f’lejliet l-ewwel tas-sena. Malta se tieħu 74 persuna.

Il-Prim Ministru saħaq li l-bastimenti tal-NGO’s se jkunu mitluba jitilqu mill-ibħra Maltin b’mod immedjat ġaladarba jaslu fit-tmiemhom it-trasferimenti tal-immigranti minn bastiment għal ieħor,

Intant b'twissija il-PM Muscat saħaq li, "l-għaqdiet non-governattivi għadhom jimxu mar-regoli u jobdu dejjem l-ordnijiet li jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż.”

Il-ġimgħa l-oħra il-Prim Ministru Joseph Muscat  insista li mhux se jippermetti li Malta tispiċċa ċ-ċentru fil-Mediterran tal-immigranti li jkunu salvati mill-NGOs umanitarji u li l-ebda pajjiż ieħor ma jkun iridhom.

“Il-Gvern irid isib bilanċ bejn li jissalvagwardja l-ħajja tal-persuni u ma jpoġġix lil Malta u s-sigurtà tagħha taħt theddida,” insista  dakinhar Muscat.

Intant fi stqarrija, l-Fondazzjoni Aditus laqgħet id-deċiżjoni li ntlaħqet bejn il-Gvern Malti u l-pajjiżi tal-UE. Filwaqt saħqet li kull immigrant għandu jingħata l-opportunità biex jibda l-proċess għal ażil.  "nittamaw li episodju bħal dan ma jerġax jirrepeti ruħu," saħqu Aditus.

More in Politika