Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

'Tlifna l-umanità tagħna bħala poplu' - Neil Falzon

Numru ta' għaqdiet mhux governattivi jfakkru illi l-ħajja umana l-aktar fattur importanti fil-kwistjoni ta' 49 immigrant bejn sema' u ilma

Albert Gauci Cunningham / 8 ta' Jannar 2019 15:45
Neil Falzon, mill-Fondazzjoni Aditus jindirizza konferenza tal-aħbarijiet
Numru ta' għaqdiet mhux governattivi ngħaqdu quddiem Kastilja fejn urew it-tħassib u r-rabja tagħhom illi 49 persuna għadhom jinsabu fuq il-baħar fejn ilhom jistennew lil xi ħadd jilqagħhom u jsalvahom 17-il  ġurnata. 

Neil Falzon, mill-Fondazzjoni Aditus sostna illi l-għaqdiet huma xxukkjati quddiem dak li qed jiġri. "Ixxukkjati u bla kliem li 49 persuna qed jinżammu fuq il-baħar. Hija xi ħaġa traġika u tal-mistħija, issa nistgħu ngħidu li tlifna l-umanità tagħna bħala poplu," sostna Falzon.

Huwa spjega illi għalkemm wieħed jista' jaqbel li dik tal-immigrazzjoni hija sfida Ewropea, "ma nistgħux imma nabdikaw mir-responsabilità u d-dmir li nsalvaw il-ħajja tan-nies."

Falzon temm jgħid illi n-nies huma l-aktar fattur importanti f'din il-kwistjoni kollha. 

Huma ppreżentaw il-messaġġ tagħhom lill-Prim Ministru Joseph Muscat, li minn naħa tiegħu diġa sostna illi ma jistax jinħoloq preċedent li minnu pajjiżna jmur minn taħt. 

Ara x'qal il-PM Taljan Luigi Di Maio dwar id-49 immigrant bejn sema u ilma

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook