Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Qtil Daphne | Il-Qorti tiddeċiedi kontra l-Fulu dwar Martin Bajada

...wieħed mill-akkużati tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia oġġezzjona minħabba ħtija ta' Bajada f'każ fl-1993

Albert Gauci Cunningham / 8 ta' Jannar 2019 13:57
Martin Bajada se jkompli bix-xogħol tiegħu fl-inkjesta Maġisterjali li qed titratta l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif il-Maġistrat Silvio Meli ddeċieda li Bajada jista' jagħmel dan wara każ kostituzzjonali li kien infetaħ minn Alfred Degiorgio, wieħed minn nies akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia. 

Bajada huwa meqjus bħala espert tajjeb ħafna fil-qasam tal-IT u l-mowbajls u allura jgawdi l-fiduċja ta' ħafna mill-membri tal-ġudikatura. Minkejja dan huwa  kien instab ħati mill-Kingston-upon-Thames Crown Court fuq 10 akkużi ta' serq fl-1993. Hu kien ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi.

L-avukati ta' Degiorgio kienu oġġezzjonaw ukoll għall-fatt li esperti barranin kienu qed jaħdmu ma' Bajada, fil-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil ta' Caruana Galizia. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook