Raġel ta' 30 sena jsofri minn ġrieħi gravi wara inċident f'Ħal Luqa

L-investigazzjonijiet tal-Puliz ija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin...

Dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident ġewwa stamperija li tinsab fi Triq Valletta, Ħal Luqa.

Fuq din l-informazzjoni, il- Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li raġel ta’ 30 sena mill-Kosta tal-Ivorju residenti Bormla sofra xi ġrieħi waqt li kien qiegħed juża conveyor belt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Puliz ija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Politika