'Nitlob lil Alla biex naħfer lil min weġġa' lili u lill-għeżież tiegħi' - Delia

Delia rringrazzja lil dawk 'minn ġewwa u min barra' li attakkawh għax fi kliemu saħħewh

Wara li fl-aħħar jiem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma kkummenta xejn dwar il-kontroversja li għaddejja bħalissa fid-dawl tal-każ tas-separazzjoni u l-akkużi ta’ vjolenza domestika li qed jiffaċċja, illum f’messaġġ imqanqal fuq Facebook, qal li jista’ biss jitlob lil Alla biex jgħinu jaħfer lil dawk li weġġgħu lilu u lil uliedu.

Iżda Delia ma waqafx hemm, insista li minkejja li hemm min tul l-aħħar sena ma xtaqux jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, insista li tul l-2019 se jesperjenzaw biss perseveranza.

Lil dawk li fi kliemu, ma waqfux jattakkawh, “minn ġewwa u minn barra,” irringrazjahom għax skontu dawn saħħewh.

Intant, ilbieraħ, il-Kap Nazzjonalista fetaħ libell kontra s-sit Lovin Malta minħabba artiklu li fi kliemu huwa malizzjuż.

More in Politika