L-ekonomija u Sqallija wara biebna jagħmlu lil pajjiżna 'ideali għal Mafja Taljana'

Rapport ta' Transcrime jgħid illi l-preżenza tal-Mafja f'Malta hija frott tliett raġunijiet...

Rapport ippubbilkat minn Transcrime jgħid illi diversi fatturi qed jagħmlu lil Malta pajjiż ideali biex fih jaħarbu membri tal-Mafja Taljana. Ir-rapport jgħid illi pajjiżna sar destinazzjoni għal kriminali mafjużi li qed jaħarbu u post fejn ikunu stabbiliti negozji li huma wżati biex jinħaslu l-flus. 

 Ir-rapport isemmi diversi eżempji ta' meta l-awtoritajiet Taljani sabu li kien hemm infiltrazzjoni tal-mafja Taljana fis-settur tal-'gaming' fl-aħħar snin. Ifakkar f'Operation Jonny, li wera' kif l-'Ndragheta infiltraw fil-kumpaniji tal-gaming, 'Operation Jamm Jamm' li żvelat kif il-Camorra Taljana u l-'Ndragheta stabilixxew pjattaforma tal-gaming f'pajjiżna u 'Operation Jackpot' li sabet pjattaforma tal-gaming illegali b'servers mhux awtorizzati f'Malta u r-Rumanija. 

Ir-rapport ta' Transcrime jagħti tliet raġunijiet għall-preżenza tal-Mafja f'pajjiżna. L-ewwelnett jgħid illi l-fatt li Malta hija qrib Sqallija jgħin ħafna kif jgħinu r-rabtiet kulturali u lingwistiċi u l-fatt illi b'ekonomija b'saħħitha Malta qed toffri aktar opportunitajiet ta' negozju. 

Transcrime huwa ċentru ta' riċerka konġunt bejn l-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa, l-Univerità ta' Bologna u l-Università ta' Perugia. 

 

More in Politika