Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 26 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur

Żagħżugħ ta’ 26 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Triq Ġnien Borg limiti ta' San Pawl il-Baħar

Skont stqarrija tal-Pulizija l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 am. 

Jidher iż-żagħżugħ residenti l-Imtarfa tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Politika