Jinqabad fl-Ajruport b'aktar minn €11,000 mhux iddikjarati

Skont il-liġi passiġġieri li jkollhom aktar minn €10,000 iridu jiddikjarawhom lid-dwana

Uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ssekwestraw €11,256 minn għand raġel Libjan li kien fi triqtu lejn it-Tuneżija.  

Huwa nqabad bil-flus fuqu waqt tfittxijiet li kienu qed isiru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mid-Diviżjoni ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dwana.

Ir-raġel saħaq mal-uffiċjali li l-flus inkwistjoni kien faddalhom u kien se jirritorna lura bihom f'pajjiżu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.

Skont il-liġi passiġġieri li jkollhom aktar minn €10,000 iridu jiddikjarahom lid-dwana.

More in Politika