Żagħżugħ ta' 21 sena jitlef ħajtu f'inċident f'Ħal Luqa

Is-sewqqied ta' mutur kien involut f'ħabta ma' trakk tal-kostruzzjoni

Dalgħodu sewwieq ta' mutur żagħżugġ tilef ħajtu traġikament wara inċident f'Ħal Luqa.

Skont l-ewwel informazzjoni, l-vittma, żagħżugħ ta’ 21 sena mis-Siġġiewi kien qed isuq il-mutur tiegħu fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa, meta għal xi raġuni kien involut f’ħabta ma’ trakk tal-kostruzzjoni misjuq minn raġel ta' 58 sena minn Ħal Għaxaq

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m.

Fuq il-post issejħet ambulanza mill-Isptar Mater Dei sabiex tassisti lill-vittma. Huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika