Priġunier (ieħor) imut wara li nstab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu

...dan huwa t-tieni każ ta' priġunier li jinstab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu

Raġel residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu, fejn ftit tal-minuti qabel kien qal li mhux iħossu sew u talab pilloli għall-uġiegħ. Minnufih, l-uffiċjali korrettivi taw l-ewwel għajnuna sakemm ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

Dwar dan il-każ se tinfetaħ investigazzjoni mill-pulizija u nkjesta maġisterjali, kif ukoll diġà nfetħet investigazzjoni interna.

Dan huwa t-tieni każ ta' priġunier li nstab mejjet dan ix-xahar, wara l-aħħar inċident fit-11 ta' Diċembru

More in Politika