L-iżviluppaturi ta' Townsquare jressqu pjanijiet ġodda lill-PA

F'Mejju li għadda t-Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar waqqa’ l-permess tal-proġett

L-iżviluppaturi tal-proġett ta' Townsquare f'Tas-Sliema għadhom kif ressqu pjanijiet ġodda dettaljati lill-Awtorità tal-Ippjanar flimkien ma' studji addizzjonali li jindirizzaw ir-reviżjonijiet mitluba mit-Tribunal tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-pjanijiet ġodda jiriflettu deċiżjoni mill-iżviluppaturi f'Lulju li għadda sabiex jitnaqqas l-għoli tat-torri. Apparti minn hekk sar ukoll tibdil fil-pożizzjoni tat-torri biex jippermetti aktar aċċessibiltà għan-nies fit-triq u d-distanza mill-proprjetajiet tal-viċin.

Kelliem għal Townsquare qal, "fl-aħħar ftit xhur li żiedu fid-dettall il-pjanijiet tagħna filwaqt li ħadna wjkoll inkonsiderazzjoni xi suġġerimenti pożittivi li waslu mill-partijiet interessati kollha."

Fit-3 ta ' Mejju li għadda Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar waqqa’ l-permess li kien ingħata għall-proġett ta’ Townsquare f’Tas-Sliema.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal saħaq li l-proċess għandu jibda mill-bidu għax ma kienx sodisfatt l-istudji li saru dwar dan il-proġett. Ikkritika wkoll b’mod partikolari s-social impact assessment.

Intant fl-2016, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet approvat, b’seba’ voti favur u sitta konta, l-iżvilupp u l-bini ta’ torri ta’ 38 sular

More in Politika