Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-President tar-Repubblika tagħlaq 60 sena illum

Marie Louise Coleiro Preca hija t-tieni President mara wara 32 sena

Albert Gauci Cunningham / 7 ta' Diċembru 2018 08:50
Marie Louise Coleiro Preca, Presiodent ta' Malta
Il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca illum tagħlaq 60 sena. 

Marie-Louise Coleiro Preca hija d-disa’ President tar-Repubblika ta’ Malta. In-nomina tagħha bħala President kienet, għall-ewwel darba fl-istorja tal-Parlament Nazzjonali Malti, approvata unanimament minn reżoluzzjoni parlamentari tal-Kamra tar-Rapppreżentanti li ttieħdet fl-1 ta’ April 2014, li mmarkat żvilupp fl-istorja kostituzzjonali ta’ Malta. Hija ħadet il-ġurament tal-President ta’ Malta fl-4 ta’ April 2014.

Fl-età ta’ 55 sena, Coleiro Preca hija l-iżgħar President tal-pajjiż, u hija t-tieni mara li okkupat il-kariga ta’ Kap ta’ Stat wara 32 sena.

Coleiro Preca se tħalli l-kariga f'April li ġej hekk kif jagħlaq it-terminu tagħha, dejjem sakemm il-PM ma jerġax jinnomina lilha bħala President tar-Repubblika. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook