Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

€5,000 fix-xahar, mowbajl u internet b'xejn għal Brian Tonna bħala 'person of trust'

Brian Tonna, il-Managing Partner ta' Nexia BT ingħata kuntratt li jlaħħaq il-€ 5,000 fix-xahar mill-Ministeru tal-Ġustizzja 

Liam Carter / 6 ta' Diċembru 2018 13:26
Brian Tonna, il-Managing Partner ta' Nexia BT ingħata kuntratt li jlaħħaq il-€ 5,000 fix-xahar bħala "persuna ta 'fiduċja" għall-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici. Tonna ingħata dan l-irwol fuq bażi full time f'Awissu tal-2014 liema kuntratt skada f'Awissu 2016. Imbagħad huwa ingħata rwol part time fl-istess Ministeru sa' Awissu 2017.

Il-kuntratt inizzjali tiegħu ġie estiż f'Settembru 2015.

B’kollox huwa ingħata s-salarju ta’ €34,684 u żieda ta’ €20,000 bħala ‘expertise allowance'. Apparti minn dan huwa ingħata allowance ta’ €2,000 fuq spejjeż ġenerali, allowance ta’ €815  fuq l-Internet u t-telefon u allowance ta’ €4,659 minħabba l-karozza.

Fil-kuntratt li hu ingħata fl-2017, Tonna, ingħata s-salarju ta' €18,241 u l-istess €20,000 bħala ‘expertise allowance'. L-allowances oħra, inkluż dawk tal-mowbajl u internet kienu mnaqqsa bin-nofs.

Intant f'kumment ma' dan is-sit, il-Ministru Owen Bonnici sostna li, "il-kuntratt ta' Tonna huwa skont pakkett finanzjarju stabbilit għall-erba' konsulenti li jqabbad il-Ministeru. Huwa qal, "li dan huwa l-istess pakkett finanzjarju li kien jingħata minn gvernijiet preċedenti."

Fil-kummenti lill-Times of Malta, il-Ministru Bonnici qal is-Sur Tonna kien tah pariri dwar proġetti ffinanzjati mill-UE filwaqt li żied jgħid li x-xogħol kien delegat lil tim tekniku f’Nexia BT

Il-Ministru Bonnici qal li x-xogħol magħmul minn Tonna ġie delegat lil tim tekniku minn Nexia BT.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook