Diskussa l-possibbiltà ta' aktar proġetti infrastrutturali bejn Malta u Sqallija

Ikomplu d-diskussjonijiet bejn il-President Sqalli u l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi.

Illum tkomplew id-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-'pipeline' tal-gass bejn il-President Sqalli, il-Gvern Malti, u l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi.

Għal-laqgħa ta’ dalgħodu attenda wkoll il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia, fejn fost oħrajn iż-żewġ naħat qablu li jiġu identifikati oqsma ta’ interess komuni għal kollaborazzjoni fil-futur.

Ġiet diskussa wkoll il-possibbiltà ta’ aktar diskussjonijiet ta’ livell tekniku bejn Malta u Sqallija dwar proġetti infrastrutturali oħrajn li jista’ jkun hemm fil-futur

More in Politika