Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-Politico jagħżel lil Dalli fost it-28 persuna li se jħallu marka fl-2019

Dalli ntagħżlet fost id-disa’ persuni kkunsidrati li jwettqu dak li jgħidu bil-pubblikazzjoni tirreferi għaliha bħala 'Eco Warrior'

Yendrick Cioffi / 4 ta' Diċembru 2018 14:38
L-Ewroparlamentari Miriam Dalli ntagħżlet mill-pubblikazzjoni Politico fost it-28 persuna li mistennija jinfluwenzaw l-Ewropa tul is-sena d-dieħla.

Fil-fatt, Miriam Dalli ntagħżlet fost id-disa’ persuna kkunsidrati li jwettqu dak li jgħidu (doers) u li mistennija jħallu influwenza tul l-2019. Il-Politiku jirreferi għaliha bħala “Eco Warrior.”

Miriam Dalli, li hija l-ewwel politiku Malti li ngħatat dan ir-rikonoxximent, saħqet li hija sodisfatta u kuntenta li bix-xogħol tagħha tista’ tagħmel differenza u tgħolli isem Malta.

“Sodisfatta, għax kull ma ħdimt għalih tul dawn l-erbgħa snin fil-Parlament Ewropew ma kinitx biss frott ħidma biex nirrappreżenta liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin imma wkoll biex ngħolli isem pajjiżna,” saħqet Dr Dalli.

Dalli hija l-unika MPE li din is-sena hija fost it-28 persuna magħżula.

B’referenza għan-negozjati dwar il-liġi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-karozzi, Politico faħħru lil Miriam Dalli għal mod strateġiku ta’ kif ġabet alleanzi fost il-gruppi differenti tal-Parlament Ewropew biex għelbet oppożizzjoni, fosthom mill-industrija tal-karozzi Ġermaniża.

“In-negozjati biex ikollna liġi b’saħħitha favur l-ambjent huma diffiċli imma jfisser li dak li qed naħdmu għalih qed iħalli impatt b’saħħtu ħafna,” żiedet Dalli.

Din is-sena, il-magħżula ġew mqassma fi tliet kategoriji differenti: ‘doers’ – dawk li jwettqu; ‘dreamers’ – dawk li joħolmu; u ‘disruptors’ – dawk li jfixklu. Għal Politico, Miriam Dalli hija fost il-kategorija tad-‘doers’,

L-ismijiet ta’ dawk li ġew rikonoxxuti bħalha fost il-Politico 28 Class of 2019 tħabbru l-bieraħ filgħaxija waqt serata li ttellat f’Autworld, fi Brussell.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook