Filmat | Transport Malta tfittex is-sid ta' bastiment abbandunat mgħerreq

Skont il-liġi, is-sid kellu jinforma lil Transport Malta b'dan l-inċident

Transport Malta qed tfittex sid ta’ bastiment abbunat mgħerreq ‘il barra minn Paradise Bay.

Fi stqarrija, Transport Malta spjegat kif ma kinitx infurmata b’dan l-inċident mis-sid jew l-operatur, kif mitlub mil-liġi u saret taf biss b’dan ir-relitt minn filmat li ttella’ minn għaddas fuq il-midja soċjali.

Transport Malta rringrazjat lill-għaddas tal-produzzjoni tal-vidjo u ħeġġet oħrajn li jiltaqgħu ma’ irregolaritajiet simili biex jirrapurtawhom.

Il-pubbliku jista’ jikkuntattja lil Transport Malta permezz tal-imejl, [email protected], billi jċempel fuq il-freephone 80072309 jew billi jibgħat messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Transport Malta fuq Facebook

More in Politika