Imut Ċensu Moran, eks Ministru tas-Saħħa fil-Gvern Laburista ta' Mintoff

Ċensu Moran, eks Ministru tas-Saħħa, miet dalgħodu fl-età ta' 86 sena

Ċensu Moran, eks-Ministru Laburista
Ċensu Moran, eks-Ministru Laburista

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Ministru Laburista Ċensu Moran. Hu kellu 86 sena u kien jgħix Raħal Ġdid.  

Ċensu Moran ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1962 u baqa’ jiġi elett, sakemm fl-1981 ħa l-ġurament ta’ Ministru tas-Saħħa. Hu kien il-Ministru tas-Saħħa meta kien hemm l-istrajk tat-tobba, jiġifieri fiż-żmien meta inqatlet Karen Grech b'ittra bomba diretta lejn missierha li kien ġie minn barra biex jagħti s-servizzi tiegħu waqt l-istrajk.. 

Intant  fi stqarrija l-Partit Laburista sostna li Malta u l-Partit Laburista llum tilfu politiku ġentlom li f’deċenji li għamel attiv ħadem kemm felaħ favur il-kawża tal-ħaddiem.

"L-eks Ministru u tabib, Ċensu Moran, jibqa’ magħruf għal kemm kien bniedem tan-nies. Sa minn meta kien elett l-ewwel darba fil-Parlament, fl-1962, il-ħidma politika tiegħu dejjem kienet ispirata mill-bżonn li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan b’mod partikolari b’attenzjoni fuq is-settur tas-saħħa fejn kien strumentali għal bidliet li saru fi żminijiet ta’ gvernijiet Laburisti mmexxija mill-eks Prim Ministru Mintoff."

Il-Partit Laburista fakkar ukoll kid it-tabib Moran kien wieħed mill-politiċi Laburisti li "għexu ż-żmien iebes tad-dnub il-mejjet."

 

 

More in Politika