L-AD bi tliet kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Mhux eskluż li l-Alternattiva jkollha aktar kandidati għall-istess elezzjonijiet

L-Eżekuttiv ta' Alternattiva Demokratika approva tliet kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2019.

Il-kandidati tal-Alternattiva Demokratika huma ċ-Ċerpersin attwali, Carmel Cacopardo, l-eks Ċerpersin, Arnold Cassola  u l-attivista LGBTQI, Mina Tolu.

Fi kliem Ralph Cassar, is-Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika, it-tliet kandidati għandhom biżżejjed esperjenza biex “jirriflettu l-prinċipji ta' AD u tal-Partit tal-Ħodor Ewropew: politika li tiffoka fuq in-nies u mhux fuq l-interessi tal-korporazzjonijiet; politika favur Ewropa soċjali li tħares u ttejjeb il-kwalita' tal-ħajja tan-nies u f'ambjent b'saħħtu u ekonomija li taqdi l-bżonnijiet reali tan-nies u mhux tal-korporazzjonijiet.”

Filwaqt li ma eskludix li jista’ jkun hemm kandidati addizzjonali, saħaq li vot għall-Alternattiva Demokratika huwa messaġġ b’saħħtu favur il-konsistenza, is-serjetà u politika nadifa.

More in Politika