Ħaddiem iweġġa' wara li waqa' sular f'sit tal-kostruzzjoni

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-8:00am fi Triq Mergħad, Birkirkara

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' f'post tal-kostruzzjoni f'Birkirkara.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-8:00am fi Triq Mergħad.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel, li għandu 63 sena residenti l-Ħamrun, waqa' għoli ta' madwar sular.

Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei u l-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Politika