Raġel isofri ġrieħi serji wara ħabta f'Santa Venera

Il-ħabta seħħet dalgħodu u r-raġel spiċċa l-Isptar...

Għall-ħabta tad-8:50 am, il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Reġjonali f'Santa Venera. 

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip Kawasaki, misjuq minn raġel ta' 30 sena minn Birkirkara u karozza tat-tip Citroen misjuqa minn mara ta' 33 sena minn Naxxar. 

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei u kien ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta. 
 

More in Politika