Ma qbadtx art fuq din ta' 17 Black? Pass, pass dak li ġara s'issa...

Kulħadd jgħid tiegħu, imma x'ġara eżatt? Dak li ħareġ s'issa dwar 17 Black, dak li huwa fatt, dak li kien ikkonfermat u dak li kien miċħud

In-nies kollha li b'xi mod jew ieħor huma marbutin ma' 17 Blac k
In-nies kollha li b'xi mod jew ieħor huma marbutin ma' 17 Blac k

Kif beda kollox? 

  • F’Diċembru tal-2015 – Nexia BT tipprova tiftaħ kontijiet bankarji fil-Bahamas għal Tillgate u Hearnville​
  • Caruana Galizia tiżvela li Tillgate u Hearnville huma kumpaniji fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri
  • Email mibgħuta minn Carl Cini ta' Nexia BT tgħid li dawn il-kumpaniji se jiġġeneraw $2 miljun f’sena

Minn fejn kellhom jaslu l-flus?

  • Mingħand il-kumpaniji 17 Black Macbridge
  • Ftit xhur qabel, 17 Black irċeviet $1.6 miljun

Mingħand min?

  • $200,000 mingħand l-aġent lokali tat-tanker tal-LNG
  • $1.4 miljun mingħand il-kumpanija Mayor Trans li s-sid tagħha hu mill-Ażerbajġan
  • Fi Frar tal-2016 - jieqfu t-tentattivi biex jinfetħu l-kontijiet – Daphne ssemmi għall-ewwel darba l-kumpaniji

X'qalu Keith u Konrad? 

Aktar tard Keith Schembri joħroġ stqarrija u fiha jikteb hekk:

"17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients.
My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally.
I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment."
Dan ifisser li Keith Schembri qed jirrikonoxxi li kien jaf bl-eżistenza ta' 17 Black.

Konrad Mizzi jiċħad ukoll
Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma’ dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.

Min jifforma l-Proġett Daphne?
Konsorzju ta' 18-il kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, fosthom Reuters, La Monde, La Repubblika, in-New York Times u The Guardian, ingħaqdu fi Proġett Daphne, bl-għan li jkompli dak li bdiet il-ġurnalista Daphne Carauana Galizia.

Galizia nqatlet b'bomba f'karozza fis-16 ta' Ottubru li għadda.

Dak li kien żvelat din il-ġimgħa...

  1. Din il-ġimgħa ġie żvelat l-allegat sid ta’ 17 Black. Yorgen Fenech, direttur tal-kumpanija Electrogas li bniet u qed tmexxi l-power station.
  2. Jirriżulta li l-każ qed ikun investigat lokalment bir-rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ikun għand il-Pulizija seba’ xhur ilu.
  3. F’Ġunju 17, Black fetħet kont  f’Noor Bank f’Dubaj.
  4. F’Marzu 2017, 17 Black bidlulha isimha għal Wings Development u dan wara li l-kumpanija ssemmiet fil-blog ta’ Daphne Caruana Galizia.
  5. F’email mibgħuta lil Mossack Fonseca, allegatament intqal minn Nexia BT li dawn jinsabu fil-proċess li jiftħu kont tal-bank f’Dubaj għal żewġ kumpaniji fil-Panama. Nexia BT fetħet iż-żewġ kumpaniji fil-Panama: ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi
  6. Keith Schembri u Konrad Mizzi dejjem ċaħdu allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

 

More in Politika