Malta tikklassifika fid-disa' post fid-dinja fil-qasam tas-saħħa

...skont indiċi ppublikati fil-ġurnal mediku The Lancet

Malta kklassifikat fis-disa' post madwar id-dinja kollha f'indiċi relatat mas-saħħa. Dan l-indiċi kien ippubblikat fil-ġurnal mediku The Lancet u iħares lejn is-sitwazzjoni f'195 pajjiż. .

Dan ifisser li l-pożizzjoni ta' pajjiżna f'dan il-qasam ra titjib, mill-14-il post fejn kien is-sena l-oħra. Malta kisbet il-punti kollha f'10 indikaturi u marka ta' 80 f'28 indikatur. 

Il-Ministeru tas-Saħħa sostna li dan juri illi pajjiżna jinsab fit-triq it-tajba f'dak kollu li huwa relatat mas-saħħa u l-miri għas-sena 2030. Il-Ministru tas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal illi dan juri kemm il-Gvern qed jaħdem fid-direzzjoni t-tajba f'dan il-qasam. "Wara snin ta' listi ta' stennija u mediċini out-of-stock għal settur li qed jaspira għal servizz ta' eċċellenza, aċessibbli għal kulħadd."

More in Politika