L-ewwel reazzjoni ta' Muscat...se jistenna l-eżitu tal-inkjesta dwar 17 Black

Il-Prim Ministru jgħid li se jistenna, wara rapporti li qalu illi s-sid ta' 17 Black huwa Direttur tal-kumpanija li bniet u qed tmexxi l-Power Station

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu ilejla, għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, l-Prim Ministru Joseph Muscat sostna illi hu se jistenna l-eżitu tal-inkjesta dwar il-kwistjoni 17 Black qabel jieħu deċiżjonijiet. 

Hu kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar din il-kumpanija bbażata d-Dubaj u li kienet klijent tal-kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. Dawn il-kumpaniji inkixfu wara 'leak' minn Mossack Fonseca, li wassal biex inkixef kull min kien fetaħ kumpanija l-Panama permezz tal-istess Mossack Fonseca.

Fost oħrajn, ir-Reuters flimkien mat-Times of Malta ippublikaw storja b'informazzjoni li tgħid li Yorgen Fenech, Direttur tal-kumpanija li bniet u qed tmexxi il-Power Station, huwa sid 17 Black. 

Fenech ma ċaħadx li 17 Black hija tiegħu.

Din il-kumpanija nbidlitilha isimha għal Wings Development, wara stejjer li ħarġu fuq il-blogg ta' Daphne Caruana Galizia. 

Ara l-istorja kollha hawn

More in Politika