'Keith Schembri u Konrad Mizzi huma politiċi korrotti li qed jisirqu lill-poplu Malti' - Casa

David Casa jikteb lill-Bank Ċentrali tal-Emirati Għarab Magħquda biex il-flus f'17 Black jirritornaw f'Malta

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew kiteb lill-Bank Ċentrali tal-Emirati Għarab Magħquda biex jassigura li l-fondi ffriżati fil-kumpanija 17 Black u li kellhom jgħaddu fil-kumpaniji tal-Ministru, Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, jkunu rritornati għand il-poplu Malta.

Fi stqarrija, David Casa saħaq li l-identità tas-sid tal-kumpanija 17 Black kien żvelat wara investigazzjoni li saret fuq ir-rapport tal-FIAU, li Casa ppubblika f’Lulju ta’ din is-sena.

Fakkar dak żvelat, jiġifieri li 17 Black, li issa sar magħruf li hija ta’ Yorgen Fenech, wieħed mid-diretturi tal-ElectroGas, kellha tgħaddi €150,000 fix-xahar lill-kumpaniji ta’ Konrad Mizzi u ta’ Keith Schembri.

Kien għalhekk li saħaq li kiteb lill-Bank Ċentrali tal-Emirati Għarab Magħquda biex il-flus jirritornaw Malta għax huma tal-poplu.

“Insista li l-istorja żvelata llum hija prova ta’ korruzzjoni jbira u ta’ attività kriminali fil-proġett tal-power station,” qal Casa. “Din hija prova li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma politiċi korrotti li qed jisirqu lill-poplu Malti.”

More in Politika