Persuna mejta u oħrajn feruti wara li qalgħu daqqiet ta' sikkina f'Melbourne

Skont l-uffiċjali ma jidhirx li l-attakk kien wieħed terroristiku

Persuna tilfet ħajjitha u tliet persuna weġġgħu wara li raġel tahom daqqiet ta’ sikkina f’Melbourne.

Kif jidher fi-ritratt, meħud minn kameras tas-CCTV, il-pulizija kellha tispara fuq l-aggressur li bħalissa jinsab f’qagħda kritika.

Fost il-persuna mweġġa’ hemm ukoll uffiċjal tal-Pulizija.

Uffiċjali li ndirizzaw il-midja qalu li għalissa ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-attakk kien wieħed terroristiku.

Jidher li għall-ewwel il-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm karozza qed taqbad, bil-bomb response unit ikunu msejħa biex jassistu u anke ngħalqu t-toroq għall-pubbliku.

Din kienet l-istess triq fejn f’Jannar tas-sena li għaddiet raġel kien saq il-karozza tiegħu fuq persuni li kienu għaddejja minn fuq il-bankina. Dakinhar 6 kienu mietu u 30 weġġgħu.

More in Politika