Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Il-pagi se jkomplu jiżdiedu' tgħid il-Kummissjoni Ewropea

Skont il-Kummissjoni Ewropea l-ekonomija Maltija se tkompli tikber fiż-żmien li ġej

Liam Carter / 8 ta' Novembru 2018 13:23
Skont l-aħħar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea (KE) għall-Ħarifa, il-paga medja tal-ħaddiema Maltin se tkompli tikber. Il-KE qalet li minħabba, r-rata stratosferika li biha qegħdin jinħolqu l-impjiegi f'pajjiżna, fiż-żmien li ġej il-pagi tal-ħaddiema Maltin se jkompli jiżdiedu.

F'dan it-tbassir il-KE, qed tbassar ukoll żieda  fl-impjiegi f’Malta filwaqt li r-rata ta’ qgħad se tibqa’ dik ta’ 4% fis-sentejn li ġejjin.

Apparti minn hekk, hu mifhum li dan it-tkabbir għaż-żmien li ġej se jkun ta’ 4.9% propju doppju tal-medja fl-Unjoni Ewropea. Preżentement, il-medja Ewropea hi dik ta’ 1.9%.

Intant, fil-Budġet li għadda, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien sostna li l-Gvern qed ibassar li t-tkabbir ekonomika għall-pajjiżna għas-sena d-dieħla mistenni jilħaq 5.3%.

Skont ir-rapport tal-KE, it-tkabbir ekonomiku mistenni jkompli jikber hekk kif id-domanda domestika tieħu post l-esportazzjonijiet bħala l-magna prinċipali tal-attività ekonomika.

Minn naħa l-oħra, l-KE innotat kif is-surplus li Malta irreġistrat mistenni jonqos għal 1.3% tal-prodott domestiku gross.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook