Qorti | Il-Maġistrat Mizzi jirritalja...'jiena ma jinteressanix mill-partiti'

Il-każ tal-Panama quddiem il-Qorti mhux se jinstema' mill-Maġistrat Antonio Mizzi, hekk kif dan mexxieh għal Diċembru, wara li jkun irtira...

Il-Maġistrat Antonio Mizzi
Il-Maġistrat Antonio Mizzi

Il-Maġistrat Antonio Mizzi mhux se jkun qed jisma' l-każ tal-Panama Papers wara kollox, hekk kif mexxa s-smigħ tal-każ għal Diċembru, wara li hu jkun irtira. 

Kien l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li oġġezzjona li l-każ jinstema' minn Mizzi, minħabba li dan huwa ir-raġel tal-MEP Laburista Marlene Mizzi. 

Imma dalgħodu l-Maġistrat Mizzi irritalja u sostna illi li wieħed joqgħod imur mingħand persuna għall-oħra biex jagħżel il-Maġistrat li jixtieq hu, huwa "żball kbir".

"Jiena mhux qiegħed hawn biex noqgħod inżomm ma' xi ħadd. Jiena qatt ma żammejt ma' ħadd u ma jinteressanix mill-partiti politiċi. Jiena dejjem qdejt dmiri mingħajr biża' jew favur. Weġġgħatni u rrabjatni li ntefgħu dubji fuqi," sostna l-Maġistrat Mizzi. 

 

More in Politika