Malta u ċ-Ċina jaqblu li jaħdmu flimkien f'oqsma bħall-kummerċ u s-servizzi finanzjarji

Dan hekk ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn iż-żewġ pajjiżi taħt il-qafas tal-One Belt One Road Initiative

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, iffirma Malta Memorandum of Understanding bejn Malta u ċ-Ċina taħt il-qafas tal-One Belt One Road Initiative.

Il-One Belt One Road Initiative hi inizjattiva ewlenija tal-President Ċiniż Xi Jinping li jrid li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn pajjiżi Ewropej u ċ-Ċina.

Il-ftehim iffirmat miċ-Chairman tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Nazzjonali u tar-Riformi He Lifeng għan-naħa taċ-Ċina, jipprovdi qafas bejn iż-żewġ pajjiżi biex isiru proġetti, investimenti u koperazzjoni f’oqsma bħall-kummerċ, is-servizzi finanzjarji u t-turiżmu. 

L-iskop tal-inizjattiva hu li jiġbor ftehimiet differenti u jipprovdi qafas li jagħti sinjal lill-kumpaniji Ċiniżi li għall-Gvern Ċiniż, Malta hi pajjiż tajjeb fejn isir investiment, f’rispett għar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Malta hi fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li ċ-Ċina qed tiffirma miegħu dan il-ftehim. 

More in Politika