Amber u Mary Rose Mallia jniedu 'Tifkiriet'

Tifkiriet hija diska oriġinali bil-Malti miktuba minn Elton Zarb, Amber u Simon Bartolo

Mary Rose Mallia u Amber
Mary Rose Mallia u Amber

Amber u Mary Rose Mallia ghadhom kemm niedew il-Kanzunetta “Tifkiriet”

Tifkiriet hija diska oriġinali bil-Malti miktuba minn Elton Zarb, Amber u Simon Bartolo. Kantata minn Amber u Mary Rose Mallia. Id-diska ser iġġedded ħafna memorji lil ħafna nies li jħobbu l-mużika Maltija. 

Mary Rose Mallia illum il-ġurnata hija ikkunsiddrata bħala waħda mill-ikoni maltin fejn tidħol il-mużika Maltija. Għamlet suċċess mhux biss f'Malta imma ukoll barra minn xtutna. Hija persuna mimlija b'ħafna passjoni lejn dak kollu li hu Malti u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti. Amber tghid li Huwa ta' unur ghaliha li tahdem ma ikona b'hal ma hija Mary Rose. 

Simon Bartolo li huwa wieħed mill-kitiba ewlenin f'din id-diska irnexxilu jżewwaq  titli u frażijiet minn kanzunetti Maltin li kienu u għadhom popolari.  Jissemmew diversi affarijiet li huma tipiċi u tradizzjonali Maltin, li jagħmlu mhux biss din id-diska imma anki il-kultura tagħna unika. L-element ta kuntrast bejn il-modern u tradizzjonali nhass ukoll fis-song, kemm mill-arrangeamnet maghzul kif ukoll filkitba.

Flimkien ma’ Simon Bartolo, Elton Zarb u Amber ħadmu fuq il-mużika ta' din id-diska fejn bla ma trid tqabdek nostalġija għal-mużika tipika Maltija.

Huma jghidu li B'din id-diska xtaqu li jfakkru lil dawk kollha li jħobbu mużika Maltija kemm żagħar u kbar fil-mużika tal-passat. Jemmnu li dawn id-diski li ssemmew f'din id-diska huma ftit mill-ħafna diski Maltin li ma jintesewx. U għalhekk b'din id-diska xtaqu natuhom il-mertu li jisthoqilhom u forsi anki tqajjem kurżita’ fost iż-żagħżagħ biex ifittxu dawn id-diski u jisimawhom u japprezzaw il-mużika tal-imgħoddi li fl-aħħar mill-aħħar żvillupat il-mużika Maltija tal-lum., u b'hekk kullhadd japrezza it-tifkiriet

Hawn taht ghandkom il- Links ghall-vidjo tad-diska.

Jekk tkunu tixtiequ aktar informazzjoni tiddejqu xejn li tikkuntattjawna.

Nirringazzjawkom ghas-sostenn kontunwu taghkom favur il-prodott muzikali Malti,

Mużika ta' Elton Zarb u Amber

Kliem ta' Simon Bartolo
Produzzjoni tal-Mużika: @Elton Zarb u Matteo Depares ta' WickedandLoud 
Filmat: Olwyn Jo

More in Politika