€24,350 miġbura mill-pubbliku...jitressaq l-appell kontra l-proġett tad-db

17-il appellant, li jinkludi residenti, għaqdiet mhux governattivi u tliet kunsilli lokali  – Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi.

Ġie mressaq appell dwar id-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li approvat il-proġett tad-db Group fuq is-sit tal-ITS ġie ippreżentat lit-Tribunal tar-Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT).

Is-17-il appellant jinkludi residenti, għaqdiet mhux governattivi u tliet kunsilli lokali  – Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi.

Fi stqarrija l-Moviment Graffiti sostniet li l-preżentazzjoni ta’ dan l-appell kienet possibbli biss grazzi għall-appoġġ tal-pubbliku. "Total ta’ €24,350 ġie mogħti mill-pubbliku waqt kampanja ta’ ġbir ta’ fondi li bdiet fis-7 t’Ottubru. Il-mira tagħna li niġbru €15,000 ġiet milħuqa fl-ewwel erbat ijiem tal-kampanja.L-għotjiet għadhom qed jiġu aċċettati biex dawn il-flus ikunu jistgħu jintużaw biex jittieħdu passi legali kontra l-proġett tad-db Group, lil hinn mill-appell mal-EPRT."

"Bis-saħħa tal-appoġġ tal-pubbliku, il-ġlieda tagħna biex nipproteġu l-ambjent u l-kwalità ta’ ħajjitna tista’ tkompli."

Il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex jittieħdu passi kontra l-ITS-DB Legal Action Fund hija appoġġata minn tmien organizzazzjonijiet: Friends of the Earth, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Moviment Graffitti, Ramblers Association, Nature Trust (Malta) u Żminijietna – Voice of the Left.

 

More in Politika