Imħallef twaqqa' d-deċiżjoni tal-Maġistrat Mifsud dwar Alfred u George Degiorgio

L-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tal-Maġistrat Joe Mifsud

Il-Qorti kriminali ħassret id-deċiżjoni tal-Maġistrat Joe Mifsud li ta l-ħelsien mill-arrest lil Alfred u lil George Degiorgio fil-każ li għandhom dwar ħasil ta’ flus, anke jekk xorta waħda kienet se jibqgħu arrestati għax ma ngħatawx il-ħelsien fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien appella mid-deċiżjoni mogħtija mill-Maġistrat Mifsud aktar kmieni din il-ġimgħa għax l-akkużati ma hemmx biżżejjed garanzija li l-akkużati mhux se jerġgħu jiksru l-liġi.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Imħallef Edwina Grima, faħħret lill-Maġistrat Mifsud fuq l-enfasi tiegħu li sakemm persuna tinsab ħatja tibqa’ innoċenti, iżda fl-istess waqt saqħet li l-Qorti għandha tibbaża d-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest fuq l-Artiklu 575 tal-Kodiċi Ċivili.

L-Avukat Ġenerali insista li dawn il-kriterji ma setgħux jiġu sodisfatti waqt li rrefera għal deċiżjoni li kienet ittieħdet mill-Qorti tal-Appell dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest li kienu għamlu l-istess akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

“Veru li l-akkużati f’dan il-każ qed jiffaċjaw akkużi differenti iżda quddiema l-Qorti għandha l-istess irġiel,” saħqet l-Imħallef.

More in Politika