'Ammont sinifikanti' ta' żejt joħroġ mill-Freeport lejn il-Bajja s-Sabiħa

Minnufih titpoġġa l-boom biex iż-żejt ma jilħaqx il-bajja

Il-Malta Freeport Terminals poġġiet dik magħrufa bħala ‘boom,’ (barrier) barra mill-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa wara li “ammont sinifikanti” ta’ żejt deher fl-ilma ftit ‘il barra minn Terminal One.

Fi stqarrija, il-Malta Freeport Terminals qalet li dalgħodu ħaddiema nnutaw ammont ta’ żejt ħiereġ ‘il barra lejn il-bajja.

Apparti l-barriera, Transport Malta bdiet tinvestiga l-kawża.

Din il-boom inxtrat is-sena li għaddiet b’investiment ta’ €30,000.

More in Politika