'B'mod ardit u qżież qed joħloq dibattitu diviżiv' - Jason dwar Peppi

Jason Micallef jiftaħ il-kanuni kontra Peppi Azzopardi, il-PBS u l-Awtorità tax-Xandir

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, fetaħ il-kanuni fuq il-preżentatur Peppi Azzopardi u akkużah li uża l-intervista ma’ Liam Debono bħala ‘marketing stunt’ għal programm li fi kliemu ‘għejja u żvinta.’

Huwa kiteb dan fuq dan fuq Facebbok fejn ikkritika wkoll it-tmexxija tal-PBS għax fi kliemu ħalliet “preżentatur jimbarazzaha, jisfida u jattakka deċiżjoni ta Maġistrat."

“F’dan il-pajjiż ċkejken tagħna ħloqna preżentatur li fl-Istrina u ġbir ieħor jippoża bħala l-paladin tal-batut bir-reċtar inimitabbli tiegħu, jinsisti li l-Ġimgħa filgħaxija fuq il-PBS ħallihulu bid-dritt nannuh għal 20 sena sħaħ, u issa bl-aktar mod ardit u qżież joħloq dibatittu mill-aktar difiżiv fuq każ li xxokkja pajjiż,” kiteb Micallef.

Saħaq ukoll li jinsab skantat bl-Awtorità tax-Xandir li qed tħalli dawk li sejħilhom “pastażati” għaddejin fuq ix-xandir tal-istat waqt li fakkar li għalih iħallas il-poplu bit-taxxi.

Kienu l-avukati ta' Simon Schembri li ressqu rikors biex l-intervista ma' Liam Debono ma jixxandarx. Il-Maġistrat Joe Mifsud kien waqqaf l-intervista, bil-każ jispiċċa kontroversja nazzjonali u saħansitra jista' jispiċċa quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

More in Politika