Lista' ta' ordnijiet għal raġel misjub ħati li refa' jdejh fuq martu

Il-Maġistrat tagħtih sentenza sospiża, tordnalu jfittex l-għajnuna biex jikkontrolla r-rabja u twissih biex ma jkellimx lil ibnu jekk mhux bil-permess tal-Avukat

Raġel ingħata sentenza sospiża u kien ordnat jattendi għal trattament biex jitgħallem jikkontrolla r-rabja tiegħu wara li tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika.

Il-Qorti ordnatlu wkoll biex f’dan iż-żmien ma jikkuntatjax lil martu u jekk jikser din l-ordni se tikkunsidra dan bħala reat fih innifu.

“Naf li għandek tifel. Issa għandek avukat u biex tkellmu trid l-ewwel titkellem mal-avukat. Naf li jiddispjaċik iżda dan ma jistax jirrepeti ruħu," qaltlu l-Maġistrat Josette Demicoli.

L-Ispettur Clayton Camilleri ressaq lill-akkużat, Sirjan ta’ 38 sena, akkużat li weġġa’, insulta u hedded lil martu.

L-akkużat deher mingħajr akkużat iżda l-Qorti għażlet wieħed għalih waqt li spjegatlu li għandu dritt jibqa’ sieket u li l-akkużi jistgħu jibagħtuh il-ħabs.

L-Avukat Martin Fenech qal li l-akkużat se jkun qed iwieġeb ħati waqt li spjega li l-akkużat kellu relazzjoni tajba ma’ martu u dan kien incident ta’ darba.

Ir-raġel ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 3 snin. Tul dan il-perjodu jrid isegwi l-ordnijiet l-oħra li tagħtu l-Qorti.

More in Politika