'Il-Kunsilli Lokali jesprimu rabja għal nuqqas ta' konsultazzjoni u ppjanar'

Illum kellu jibda l-proċess li jinħareġ l-iskart separat...il-Kunsilli Lokali ma tantx huma sodisfatti b'kemm saret konsultazzjoni

Boroż taż-żibel dalgħodu
Boroż taż-żibel dalgħodu

L-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali, permezz tal-President tagħha Mario Fava, uriet r-rabja tagħha għal mod ta’ kif sar il-process tat-tqassim tal-kontenituri lir-residenti.

"In-nuqqas ta’ pjanar adekwat wassal biex issir pressjoni bla bzonn fuq il-Kunsilli Lokali u l-ħaddiema tagħhom, meta dawn qatt ma kienu ikkonsultati qabel ma ttiehdu d-decizjonijiet dwar il-mod tat-tqassim. It-tqassim kellu jsir minn kuntrattur imqabbad apposta u dan qatt ma kellu jkollu l-għażla li jqabbad persuni terzi biex jagħmlu dan f’ ismu. Dan kompla żied mal-kunfużjoni li nħolqot."

L-Assocjazzjoni sostniet li temmen li dan wassal biex jagħti lok illi jkun hemm min jargumenta li la darba ma wasalx għandu l-kontenitur, allura ma jisseparax l-iskart tiegħu. "Dan meta huwa ovvju li fuq il-bankini taghna jinħarġu l-boroż u mhux il-kontenturi. Għaldaqstant, dan il-process ma għinx biex ikun hemm il-koperazzjoni ta’ kulħadd."

"Il-Kunsilli Lokali m’għandhom l-ebda ħtija għal fatt li għadd ta’ lokalitajiet jew residenzi ghad m’għandhomx dawn il-kontenituri. Il-Kunsilli m’għandhomx obbligu li jagħmlu dan u dawk il-Kunsilli li qed jgħinu f’ dan il-proċess qed jagħmluh bona volonta’ tagħhom sabiex joffri servizz liċ-ċittadin."

"Il-konsultazzjoni kellha ssir qabel tittieħed kwalunke deċiżjoni, bħalma sar dwar l-iskeda tal-ġbir, u dan japplika għal kull entita’ jew Dipartiment tal-Gvern, meta u fejn ikun hemm mitluba l-assistenza tal-Kunsilli Lokali. Altrimenti, ma nistennewx li l-Kunsilli Lokali jrendu ruħhom f’ customer care għalihom."

 

More in Politika