'Jien u Nickie għaddejjin minn perjodu diffiċli' - Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlob biex tkun irrispettata l-privatezza tal-familja tiegħu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab biex tkun irrispettata l-privatezza tal-familja tiegħu hekk kif bħalissa hu u martu għaddejin “minn perjodu diffiċli.”

Kien Manuel Delia li fuq blog kiteb li Nickie Vella de Fremeaux talbet lil Adrian Delia biex jisseparaw.

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, Adrian Delia qal li hu u martu għaddejin minn mument iebes.

“F'dan il-mument qiegħed nagħmel dak kollu li nista' biex nipproteġi l-benesseri tal-familja tagħna u tat-tfal tagħna,” kiteb Delia.

“Qiegħed bl-akbar umiltà nitlob biex il-privatezza tal-familja tagħna tiġi rispettata, f'dan il-mument delikat aktar minn qatt qabel,” ittemm tgħid l-istqarrija.

More in Politika