Qorti | 'Kien xokk għalija u għall-familja' - Schembri dwar Liam Debono fuq Xarabank

Simon Schembri jgħid illi ġurnata qabel sar jaf li Liam Debono se jkun fuq Xarabank, Peppi Azzopardi kien id-dar tiegħu...

Simon Schembri
Simon Schembri

Il-Kuntistabbli Simon Schembri tela' jixhed dalgħodu fil-każ kontra Liam Debono li qed ikun akkużat illi saq fuqu u kaxkru taħt il-karozza b'ġrieħi gravi. 

Schembri, li kien qed ikun mistoqsi mill-Avukat Franco Debono dwar l-inċident li tratta l-programm Xarabank, sostna illi kien l-Ispettur Herman Mula li talab biex jmur fuq il-programm Xarabank. "Peppi Azzopardi ġie d-dar u dam tliet sigħat jitkellem mal-familja, għalkemm ma tkellimniex dwar l-inċident jew inkella l-każ li kien għaddej il-Qorti," sostna Schembri. 

Hu spjega kif l-għada Mula ċempel u qal li Liam Debono se jkun qed jidher fuq il-programm. 

"Kien xokk għalija u għall-familja tiegħi għax Peppi kien għandna l-ġurnata ta' qabel u ma qalilna xejn...jiena għidtlu lil Peppi imbagħad li jista' jieħdu fil-programm lil Liam imma jiena mhux se mmur."

Il-preżentatur tal-programm Xarabank staqsa lil Schembri jekk ħafirx lil Liam Debono imma apparti dan ma staqsa xejn iktar dwar il-każ, xehed il-Kunstistabbli. 

L-Avukat Debono staqsa lil Schembri jekk jaħfirx lil Debono, bil-Kuntistabbli jgħid li ma jixtieqx jikkummenta. 

 

More in Politika