L-MUT tordna azzjoni industrijali fl-MCAST wara żbalji fil-pagi tal-għalliema

Kien hemm għalliema li saħansitra spiċċaw b'€900 minn taħt

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li nhar it-Tnejn li ġej l-għalliema tal-MCAST se jkunu qed isegwu azzjoni industrijali.

Hu mifhum li l-kwistjoni hija dwar żbalji fil-pagi tal-ħaddiema fejn xi wħud minnhom rċevew mijiet ta’ ewro inqas, saħansitra kien hemm minn mar €900 minn taħt.

Jidher li din ma kinitx l-ewwel darba li ttieħdu żbalji simili.

Dan is-sit jinsab infurmat ukoll li għada filgħodu se ssir laqgħa tal-Unjin Maltija tal-Għalliema biex ikunu deċiżi x’passi se jittieħdu.

More in Politika