Qorti | Pazjent f'Monte Carmeli akkużat li attakka infermier u ffastidja lil martu

L-inċident f'Monte Carmeli seħħ nhar it-Tnejn li għadda...

Pazjent f'Monte Carmeli inżamm taħt arrest wara li attakka raġel u ffastidja mara. Ir-raġel ta' 37 sena kien arrestat quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, mill-Ispettur Roderick Spiteri. Jidher illi r-raġel in kwistjoni huwa ifermier u l-mara kienet martu. 

Hu kien akkużat illi kkawża feita ħafifa fl-infermier u kissirlu n-nuċċali nhar it-Tnjen li għadda. Kien akkużat ukoll li ffastidja lil mara u li uża ħażin apparat ta' komunikazzjoni, filwaqt li insulta u hedded lill-mara. 

L-Avukata Charmaine Cherrett dehret għall-akkużat.

More in Politika