Jaħbi l-'Adami' biex ma jidhirx li 'impjegat' ta' Casa

Michael Fenech iħalli l-'Adami' barra fid-difiża tiegħu għal Casa...

Michael Fenech (Adami) huwa impjegat ta' David Casa
Michael Fenech (Adami) huwa impjegat ta' David Casa

Michael Fenech kien wieħed mill-ismijiet li dehru fil-lista ta’ persuni mħallsin minn David Casa u li ddefendewh wara storja fuq il-gazzetta Maltatoday illi żvelat kif f’affidavit, eks ħaddiem ma’ Casa ddikjara li ripetutament, bejn l-2009 u l-2017, dan l-MEP kien ikun imdawwar bi sħabu u dawk li jaħdmu miegħu, jieħdu l-kokaina. Fl-affidavit qal ukoll li xi kultant, Casa tant kien jieħu kokaina li kien jitlef avvenimenti jew appuntamenti politiċi importanti.

Li ftit donnhom jafu huwa li Michael Fenech mhu ħadd ħlief Michael Fenech Adami jew inkella t-tifel tal-eks Prim Ministru Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista qalu li l-kunjom “Adami” jneħħih biex ma jagħtix wisq fil-għajn.

U allura ta’ xiex qed jitħallas Fenech Adami? Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qalu li huwa sigriet magħruf fiċ-ċrieki tal-Partit illi Fenech Adami jaħdem ma’ Casa. Dawk li kellmu lil din il-gazzetta qalu illi probabilment Casa qed iħallas lil Fenech Adami biex dan imur jarma l-apparat f’attivitajiet immexxija mill-Occupy Justice u n-Network tas-Soċjetà Ċivili.

Din ta’ Fenech Adami, fil-fatt mhix xi ħaġa ġdida. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li anke t-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia, Andrew, kien jaħdem ma’ Casa iżda għal xi raġuni stramba anke dan kien jitniżżel bħala Andrew Caruana u l-Galizia waqa’.

Michael Fenech (Adami)
Michael Fenech (Adami)

More in Politika