Baġit | Traħħis fit-taxxa tad-dħul ta' bejn €40 u €68 mħabbra fil-baġit

Ilbieraħ il-Gvern ħabbar tnaqqis fit-taxxa tad-dħul...aqra l-artiklu għal aktar dettalji

Il-Ministru Edward Scicluna jaqra l-Baġit
Il-Ministru Edward Scicluna jaqra l-Baġit

Ilbieraħ fil-Baġit kienet mħabbra miżura illi permezz tagħha tħabbar li se titnaqqas it-taxxa tad-dħul, bl-inqas tnaqqis ikun €40 u l-akbar ikun ta' €68. 

It-tnaqqis se jkun kif ġej; Dawk b'komputazzjoni singola li jaqilgħu sa €15,000 se jiffrankaw sa €60, dawk li jaqilgħu minn €15,000 sa €30,000 se jiffrankaw sa €50 u dawk li jaqilgħu bejn €30,000 u €60,000 se jħallsu sa €40 inqas. 

F'każ ta' koppja miżżewġa dawk b'komputazzjoni singola li jaqilgħu sa €20,000 se jiffrankaw sa €68, dawk li jaqilgħu minn €20,000 sa €40,000 se jiffrankaw sa €56 u dawk li jaqilgħu bejn €40,000 u €60,000 se jħallsu sa €44 inqas.

U finalment, dawk li jagħmlu komputazzjoni ta' ġenitur li jaqilgħu sa €15,000 se jiffrankaw sa €64, dawk li jaqilgħu minn €15,000 sa €30,000 se jiffrankaw sa €52 u dawk li jaqilgħu bejn €30,000 u €60,000 se jħallsu sa €40 inqas. 

More in Politika